Monday, 11 June 2007

Nitolbu (II)

Tifel misthi, imdendel m’id ommu,
ihares b’halqu miftuh ‘il fuq lejn is-saqaf
imlewwen bil-moffa.
Ommu,
l-ixkaffa ta’ sidirha riha ta’ hobz,
ghajnejha maghluqin fl-estasija
tal-litanija.
Tfajla sabiha titrekken fuq iz-zuntier.
Midinba, qalet, ma tghaddix minn go l-bieb;
ghajnejha djamanti,
ifframmentati,
miksurin bid-dmugh.
U jiena niccassa-
dak il-kurcifiss mhux qieghed fin-nofs ezatt;
qed jaqbadni genn biex inqum u niddrittah.
Ghalfejn qieghdin hawn,
migburin, imnikktin?
Lkoll nitolbu lil dan l-Alla tal-hallelin
(u ahna hallelin—
jiena fuq naha
w’inti fuq ohra).

No comments: